“Se Nagħmel L-Almu Tiegħi Biex Nagħmilkom Ilkoll Kburin U Biex Nippreżenta Xi Ħaġa Differenti Fuq Il-Palk Tal-Eurovision.” – AIDAN

AIDAN

Wara r-rebħa ta’ nhar is-Sibt li għadda, AIDAN qasam kelmtejn fuq il-midja soċjali lbieraħ filgħaxija fejn xtaq jesprimi kemm ifisser għalih dan il-mument.

“L-għada… Sejrin għall-Eurovision Song Contest! Grazzi kbira lil kull persuna li appoġġjatni u ħadmet miegħi f’dan il-vjaġġ li beda 5 snin ilu. Unur għalija li ġejt inkurunat ir-rebbieħ tal-MESC 2026 u li nirrappreżenta lil pajjiżi Malta.”

Waqt li qasam żewġ ritratti tant prezzjużi mis-serata, fosthom tiegħu ikanta quddiem ommu l-għażiża, hu jżid, “Se nagħmel l-almu tiegħi biex nagħmilkom ilkoll kburin u biex nippreżenta xi ħaġa differenti fuq il-palk tal-Eurovision.”

Awguri minn qalbna AIDAN!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI