“Se Nħobbok Għal Dejjem” – It-Tfajla Ta’ Calvin Titkellem Wara T-Telfa Tiegħu

Messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali qanqal sens ta’ empatija kbira, hekk kif is-sieħba ta’ Calvin Brincat qasmet il-weġgħa tagħha wara li tilfet lill-maħbub tagħha.

Fil-kliem tagħha, hija ddeskriviet dawn l-aħħar tliet xhur bħala l-aktar diffiċli f’ħajjitha, hekk kif rat lill-persuna li tħobb tbati minn mard serju. Hija rrakkontat kemm kien ta’ uġigħ li tara lil xi ħadd għażiż f’dik is-sitwazzjoni, mingħajr ma tkun tista’ tagħmel biżżejjed biex ttaffi l-uġigħ tiegħu.

Is-sieħba tiegħu spjegat kif għamlet minn kollox biex tieħu ħsiebu kuljum, anke jekk tħoss li xi drabi għamlet żbalji. Madankollu, fost dawk il-mumenti diffiċli, jibqgħu wkoll tifkiriet sbieħ, fosthom il-mod kif kien dejjem iġegħilha tbissem b’kumment sempliċi li sar memorja għal dejjem.



Issa, kif qalet hi stess, dak kollu li fadlilha huma l-memorji li qasmu flimkien. F’messaġġ mimli gratitudni, hija rringrazzjatu talli kien parti minn ħajjitha, talli għallimha ħafna u talli kien dejjem hemm bħala sapport u spalla fejn setgħet tibki.



Il-messaġġ tagħha jagħlaq b’dikjarazzjoni ta’ mħabba eterna, fejn tesprimi kemm kien diffiċli tarah ibati u li ma kienx jistħoqqlu dik it-tbatija. Hija ssellimlu b’qalbha kollha, b’wegħda li tibqa’ tħobbu għal dejjem.

Dan il-messaġġ huwa tfakkira qawwija ta’ kemm l-imħabba tibqa’ tgħix anke wara t-telfa, u kemm il-memorji jistgħu jsiru s-sors ta’ faraġ f’mumenti ta’ niket profond.



Ritratti:

Facebook / Casey Helena Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI