“Se Nibqa’ Mmur Kullimkien Miegħek… L-Anniversarju T-Tajjeb” – Clare Agius

Il-preżentatriċi lokali Clare Agius qed tiċċelebra anniversarju tassew speċjali, 15-il sena ta’ mħabba u ħajja ma’ żewġha, Paul Sparling.

Fuq il-midja soċjali, Clare qasmet messaġġ emozzjonanti fejn fakkret il-vjaġġ sabiħ li għamlu flimkien tul dawn is-snin. Hija tkellmet dwar il-postijiet differenti li żaru flimkien, mill-Kanada sal-Afrika u ħafna aktar bejnithom, u kif tħares ’il quddiem biex tkompli tesperjenza aktar ma’ żewġha u mat-tfal tagħhom.



“15-il sena, għażiż! Mill-Kanada sal-Afrika u kullimkien bejnithom, se nibqa’ mmur kullimkien miegħek, imħabba tiegħi… u naturalment mat-tfal tagħna wkoll. L-anniversarju t-tajjeb. Nittama li nkunu mbierka b’ħafna aktar,” kitbet Clare fil-messaġġ tagħha.



Il-koppja tidher li bniet relazzjoni soda u mimlija esperjenzi sbieħ, filwaqt li flimkien qed irabbu familja magħquda. Awguri lil Clare u Paul għal dan il-mument sabiħ u għal ħafna aktar snin mimlija mħabba u memorji indimentikabbli mingħand it-tim tagħna ta’ Gwida.



Ritratti:

Facebook / Clare Agius

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI