“Se Nsaħħu L-Ġlieda Kontra L-Bagħal Taż-Żunżan U Nagħtu Aktar Appoġġ Lin-Naħħala Tagħna” – Il-Ministru Anton Refalo

Il-Ministru Anton Refalo ħabbar li se jkunu qed jinvestu eluf ta’ ewro għall-konservazzjoni tan-naħla Maltija.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu spjega, “B’seba’ miżuri nazzjonali, se nsaħħu l-ġlieda kontra l-bagħal taż-żunżan u nagħtu aktar appoġġ lin-naħħala tagħna. Investiment ta’ mijiet ta’ eluf ta’ ewro għall-kolonji ġodda u eżistenti u għall-konservazzjoni tan-naħla Maltija, flimkien ma’ riċerka, servizz telefoniku nazzjonali bla ħlas u programm koordinat għall-qerda tal-bejtiet. Nipproteġu n-naħla Maltija, il-produzzjoni lokali u l-komunitajiet tagħna.”

Dan l-aħħar fuq il-mezzi soċjali kienu qed jinkitbu ħafna rapporti dwar bagħal taż-żunżan li kienu qed iduru għan-naħla Maltija u jeqirduha. Għalhekk, qed tittieħed azzjoni minnufih biex in-naħla lokali tagħna tiġi pproteġuta.

Nirringrazzjawhom għal dan l-investiment.

Ritratt:

Facebook / Anton Refalo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI