“Se Tkun Qed Tgħix L-Aħħar Ftit Ta’ Ħajjitha Fil-Kumdità U Hekk Qalbi Straħet” – Maria Jenkins B’Ġest Mill-Isbaħ Minkejja N-Negattività Li Hawn

L-aħbarijiet koroh ħadd ma jieħu gost bihom u ħafna drabi, bla ma rridu b’dawn l-aħbarijiet ta’ madwarna nibdew inħossu d-dwejjaq dwar dak kollu li qed jiġri! Maria Jenkins iddeċidiet li tieħu azzjoni hi u flok tħalli d-dinja soċjali, għamlet xi ħaġa biex tħossha aħjar hi u wkoll għenet ħlejqa.

Fuq Facebook hi kitbet hekk, “Afghanistan… aħbarijiet ta’ suwiċidji… Mibgħeda u tgħajjir fuq FB… qtil ta’ klieb… Ħruq fuq qattus… Ħruq f’dar u mewt ta’ anzjana u kelb, u ma flaħtx iktar, waqajt depressed u kont se nagħlaq FB u jekk nagħlaq FB iħallsu l-prezz in-nies tal-Uganda għax ma nkunx nista’ nibqa’ nitmahom.”

Maria kompliet tgħid, “Minflok ċempilt l-animal welfare u staqsejt għall-iktar kelba xiħa, f’inqas minn 24 siegħa addottajt lil din il-ħlejqa, kelba xiħa akka u madura bla saħħa fuq saqajha imma hekk se tkun qed tgħix l-aħħar ftit ta’ ħajjitha fil-kumdità u hekk qalbi straħet. Welcome home pupa.”

Kemm hu sabiħ li naħsbu fi ħlejjaq oħra!





Facebook / Jenkins Maria



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI