“Se Tkun Qed Tieħu Effett Minn Għada Filgħodu, Twissija Tat-Temp Safra Madwar Il-Gżejjer Maltin” – Protezzjoni Ċivili

Il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta wissew dwar twissija tat-temp safra oħra, minħabba li se jkollna riħ qawwi għada.

Kitbu, “Se tkun qed tieħu effett minn għada filgħodu, twissija tat-temp safra madwar il-gżejjer Maltin. Il-kundizzjonijiet tat-temp huma mistennijin li jsiru agħar matul l-ewwel sigħat tal-Ħadd, b’riħ qawwi jwassal sa forza sebgħa/ tmienja, flimkien ma’ baħar qawwi.”



Żiedu jgħidu, “Ftakru ii għandkom tieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa, speċjalment matul is-sigħat ta’ filgħodu. Araw li affarijiet li qegħdin barra jkunu siguri, evitaw li taħdmu barra fil-għoli.”



Qalu wkoll, “It-tim tagħna se jkun qed jevalwa s-sitwazzjoni flimkien ma’ servizzi ta’ emerġenzi oħrajn.”

Nirringrazzjawhom tal-għajnuna u d-dedikazzjoni tagħhom.



Ritratti:

Facebook / Civil Protection Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI