"Seba' Snin Ilu Ġejt Int Fid-Dinja U Għamiltni Missier" – Jomike Jawgura Lil Ibnu F'Għeluq Sninu!

Illum jagħlaq sninu ż-żgħir Lydon, it-tifel li flimkien ma’ missieru Jomike rebaħ Malta’s Got Talent 2020!

F’din il-ġurnata speċjali, Jomike awgura lil ibnu fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu. Huwa qallu li xi drabi jinsa li huwa missieru għax iqisu bħala ħabib tiegħu. Dan għaliex fost il-ħafna affarijiet li għandhom komuni, hemm l-imħabba lejn l-għana li tathom l-opportunità biex ikunu ħbieb.

Apparti minn hekk, “anke karattru bħal tiegħi nzerta, dejjem tidħaq u ċajtier.” Jomike għalaq il-messaġġ billi qallu “inħobbok Lydon, inħobbok ħafna.”

Gwida.mt tawgura lil Lydon l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI