Graziella Bartolo Pizzuto kitbet messaġġ mill-isbaħ iddedikat għal bintha Faith hekk kif illum tagħlaq sninha.
“Seba’ snin ilu il-Mulej sema’ talbna u ezatt bħal-lum sirna nafu li se jkollna tarbija. Minn dak il-mument ħajjitna nbidlet. Ġarrabna u gawdejna. Bkejna u fraħna. Tgħallimna u kbirna. Seba’ snin wara qed inrabbu tifla mill-isbaħ.”
Graziella hi kburija dwar kemm Faith hi tifla ferriħija u determinata. Toffri ħafna mħabba u tieħu ħsieb dawk ta’ madwarha, speċjalment il-familja.
“Tifla mimlija mħabba li kultant ħin anke jekk min-naħa l-oħra tal-kamra, tistaqsini “ok mummy?” 🥹 U f’mument sempliċi bħal dak ninduna kemm il-familja tagħna hija sinjura u kemm verament irbaħna l-lotterija meta kellna lilek”
Awguri Faith!
Facebook/ Up & Up with Faith