Ilbieraħ fuq Serataron rajna xandira tal-aħbarijiet differenti minn kif narawhom issoltu.
Waħda mill-mistednin tal-programm kienet il-qarreja tal-aħbarijiet fuq l-istazzjon nazzjonali, Norma Saliba. F’ħin minnhom, flimkien ma’ Janice Bartolo u Louise Tedesco għamlet l-irwol ta’ qarreja fl-edizzjoni tal-Aħbaronijiet.
F’dan l-att satiriku Janice u Louise qraw aħbarijiet li mhumiex imdorrijin jaqraw għax ikunu fil-kamra tal-aħbarijiet tal-istazzjon oppost. Janice qrat kritika satirika fuq il-Gvern, filwaqt li Louise qrat dak favur, ħaġa li ssoltu jagħmluha bil-kontra. Norma baqgħet fin-naħa li mdorrija ssoltu fejn xandret l-abarijiet b’imparzjalita.