Segwu Dawn Il-Pariri Għal Stil Ta' Ħajja Aħjar! – Araw X'Għandkom Tagħmlu

Il-‘Health Promotion and Disease Prevention Directorate’ taw ftit pariri għal stil ta’ ħajja aħjar b’iktar saħħa!

Huma rrakkomandaw lil persuni mill-età ta’ 5 sa 17-il sena biex jagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju fiżiku għal madwar siegħa kuljum. L-intensità tal-eżerċizzju għandu jkun moderat jew ftit qawwi ħalli jżommu lilhom infushom b’saħħithom.

Tip ta’ eżerċizzju li jissuġġerixxu huwa l-‘animal walks’ li jirrikjedu saħħa, bilanċ u aġilità. Fosthom hemm il-‘bear walk’ li biex tagħmilha trid titfa’ idejk u saqajk malart u tmexxi id u sieq tal-istess naħa flimkien u terġa’ tirrepeti. Biex tagħmilha ftit iktar diffiċli tista’ żżomm idejk u saqajk dritti meta tkun qed tagħmel l-eżerċizzju.

Titħajjru tagħmluh dan l-eżerċizzju?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI