Il-preparamenti għall-maratona ta’ nhar il-Ħadd li ġej sabiex titlesta t-tieni Dar Bjorn jinsbu għaddejin ġmielhom.
Claudia Faniello se jkollha sehem bħala kantanta f’din il-maratona u bagħtet messaġġ sabiex kulħadd jgħin lil Bjorn għal dan il-proġett. “Segwuna u għinu lil Bjorn biex jiftaħ it-tieni dar tiegħu” qalet Claudia.
Tajjeb li kulħadd jgħin kif jista’ ħalli l-ħolma ta’ Bjorn issir realtà u b’hekk ikun jista’ jgħin aktar nies li jbatu mill-marda tal-ALS.
Facebook / Claudia Faniello