Sejba Mhux Mistennija Fil-Baħar Mill-Forzi Armati Ta’ Malta F’San Pawl il-Baħar

Il-Forzi Armati ta’ Malta għamlu sejba mhux mistennija taħt l-ilma wara li għawwiem iltaqa’ ma’ dik li fil-bidu kienet suspettata li kienet bomba.

“Saret skoperta notevoli f’San Pawl il-Baħar meta għawwiem iltaqa’ ma’ dak li inizjalment kien suspettat li kien apparat splussiv taħt l-ilma,” qalu fuq post fuq Facebook. “L-Unità tal-Explosive Ordnance Disposal (EOD) tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) issejħet minnufih biex l-oġġett jiġi estratt b’mod sigur minn qiegħ il-baħar. Madankollu, wara spezzjoni aktar mill-qrib, ġie żvelat li kienet anfora antika stmata li għandha madwar 2,000 sena.”

“Skont l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, kull skoperta ta’ artefatti kulturali, sew fuq l-art jew taħt l-ilma, trid tiġi rrappurtata fi żmien 24 siegħa lis-Supretendent tal-Wirt Kulturali. Bħala l-awtorità tal-istat responsabbli mis-salvagwardja tal-wirt kulturali ta’ Malta u Għawdex, is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali ġiet notifikata immedjatament u assumiet ir-responsabbiltà għall-anfora.”





Facebook/Armed Forces of Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI