Semifinali Oħra Ta’ Brillanti – Iż-Żeffiena B’Tema Oħra Fejn Se Jkollhom Ikomplu Juru L-Bravura Tagħhom

Ir-raba’ semifinali ta’ Brillanti Dance din il-ġimgħa se tkun waħda tassew speċjali, hekk kif il-programm se jeħodna f’dinja mimlija ħolm, spettaklu u kreattività. Il-11-il semifinalista li għadhom fil-kompetizzjoni se jkunu qed jiffaċċjaw sfida unika, jagħżlu personagg ikoniku u jagħtuh il-ħajja permezz ta’ koreografija oriġinali u impressjonanti.



Fost il-personaġġi li se naraw fuq il-palk, se jkun hemm ismijiet kbar u magħrufa madwar id-dinja bħall-leġġendarja Marilyn Monroe, ir-re tal-pop Michael Jackson, kif ukoll Rihanna u Beyoncé. Dawn il-personaġġi se jingħataw ħajja ġdida fuq il-palk b’żfin kreattiv u interpretazzjonijiet li jwiegħdu li jħallu lill-udjenza bla kliem.



Il-ġimgħa li għaddiet kienet waħda emozzjonanti wkoll, hekk kif Brillanti Dance sellem liż-żeffien Taljan Francesco Colombo. It-talent, is-simpatija u l-preżenza tiegħu fuq il-palk żgur li se jibqgħu mfakkra fost it-telespettaturi Maltin.



Issa l-mistoqsija tibqa’, min mill-kontestanti se jirnexxielu jimpressjona lill-ġurija u jgħaddi għall-istadju li jmiss? U min se jkollu jaffaċċja d-Dance Off jew saħansitra jħalli l-kompetizzjoni?

Żgur li din is-semifinali se tkun mimlija tensjoni, emozzjoni u spettaklu mill-aqwa. Titilfux episodju ieħor mill-isbaħ ta’ Brillanti Dance nhar l-Erbgħa fit-20:35 fuq ONE.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI