Il-kantant lokali Glen Vella qasam messaġġ mill-qalb f’għeluq ta’ sena oħra. Sena li bla dubju kienet mimlija emozzjonijiet u sentimenti qawwijin.
Glen kiteb, “Is-Sena T-Tajba Ħbieb. Sena iebsa immens emozzjonalment, però sena li għallmitni, bidlitni u saħħitni. Grat. Nawguralkom jum mill-isbaħ u sena tajba kif jixraq.”
Jirringrazzja lil dawk kollha li sabhom hemm ta’ sostenn din is-sena speċjalment f’mumenti fejn l-aktar kellu bżonn.
“Ta’ dan, grat immens. Inħares ‘il quddiem għal dak li qed nipprepara u li jista’ jinqala’ għal li ġej. Pa, ibqa’ ħarisni,” jagħlaq il-messaġġ.
Facebook/ Glen Vella