Sena Ilu Dan Il-Grupp Tal-Ġenn Li Tant Iferraħ Nies Iltaqa' Għall-Ewwel Darba!

James Ryder għadu kemm tefa’ post li ġġib ħafna memorji lilu u lil sitt irġiel Maltin oħra, li flimkien grazzi għal TikTok iffurmaw il-grupp The Boys Malta. Fil-fatt il-ġuvintur iltaqgħu għall-ewwel darba sena ilu. James kiteb, “Sena ilu itqajna kollha uffiċjalment.” Xerred ritratt ta’ dakinhar flimkien ma’ Melvin Micallef, Daniel Umanah, Ashley Eric Peschel, Max Vassallo, Luke Lyttleton, u Kyle Busuttil. Fuq id-deskrizzjoni tal-paġna tagħhom, il-grupp jiddeskrivi lilu nnifsu bħala, “Sempliċiment grupp ta’ irġiel adulti li jaġixxu bħal tfal żgħar.”





Fil-fatt dawn is-seba’ irġiel tista’ tgħid ħallew impatt kbir kemm fuq il-pjattaforma ta’ TikTok kif ukoll fuq il-midja soċjali inġenerali, kemm bil-personalità mill-isbaħ tagħhom, kif ukoll bil-kapaċitajiet tagħhom, speċjalment dik li jlissnu tbissima bil-filmati li joħolqu. L-aħħar filmat li tefgħu kien propju dan t’hawn taħt, fejn din id-darba tawna naqra żfin u xi movimenti li kapaċi jagħmlu!



Minn qalbna ngħidu prosit lil dan il-grupp Malti li tant jagħti spettaklu bil-mod tiegħu u kif għidna qabel, ixerred spirtu pożittiv bil-kontenut tiegħu! Awguri u Prosit The Boys Malta!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI