“Sena Ilu Llum Il-Prinċipessa Tiegħi Dianna Lor Għamlet Il-Ħolma Tiegħi Realtà” – Deborah C

Sena ilu, il-kantanta lokali Deborah C saret omm. Deborah qasmet xi ritratti mal-għażiża bintha ta’ din is-sena. Sena b’differenza għal kantanta iżda sena li żgur tgħożż immensament.

Hi kitbet, “Sena ilu llum il-prinċipessa tiegħi Dianna Lor għamlet il-ħolma tiegħi realtà għax dejjem xtaqt insir Omm. Dianna għadek daqshekk żgħir imma fl-istess ħin huwa l-jum tiegħek li jimmarka l-bidu tal-vjaġġ mill-isbaħ fil-ħajja. Ħalliha tkun speċjali u hienja l-ewwel għeluq s-sena tiegħek, sena ta’ mħabba. Kienet sena tal-ġenn miegħek għażiża. Dejjem inkun hemm għalik!”

Aħna f’isem Gwida.mt, nawguraw liċ-ċkejkna Dianna Lor l-isbaħ xewqat f’dan il-jum għażiż, ċertament li ħa jkollha ħafna u ħafna aktar fsied mis-soltu f’dan il-jum!





Facebook / Deborah C



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI