“Sena Li Fiha Ggradwajt U Ġejt Fdat Bir-Responsabbiltajiet Ġodda U Siewja” – John Grech Jiċċelebra Għeluq Sninu

John Grech, li żgur ħafna tiftakruh fis-sensiela Strada Stretta fost proġetti oħra, illum jiċċelebra għeluq sninu. John jaqsam riflessjoni fuq dan il-jum. Hu jikteb, “Kapitlu 36: sena li żgur mhu se ninsa qatt.”

John iżid, “Sena li fiha ggradwajt u ġejt fdat bir-responsabbiltajiet ġodda u siewja ta’ Chairman tal-Kumitat tal-Mediterran u membru tal-Presidenza tas-Socialist International. Sena ta’ ħidma bla waqfien flimkien ma’ sħabi fi ħdan il-Partit Laburista biex il-partit joħroġ il-potenzjal sħiħ tiegħu fil-politika internazzjonali.”

Hu jkompli jgħid, “Iżda kienet ukoll sena ta’ telfiet u ta’ sfidi. Sena li fiha tlifna għeżież għal qalbi u għal qalb Vanessa, sena ta’ niket għall-familja tagħna bit-telfa taz-zija Antoinette. Sena li fiha rriflettejt fuq fejn stajt imxejt aħjar, u li minnha nħossni ħriġt aktar b’saħħti u matur, kemm bħala persuna kif ukoll fil-ħajja pubblika.”



John iżid, “Minkejja kollox, 36 tibqa’ sena li fiha kburi li għext il-ħolma li nirrapreżenta lill-partit tal-ħaddiema. Flimkien mat-tim tiegħi, id-delegati, il-membri, u l-attivisti, irnexxielna niksbu dak li seta’ jitqies impossibbli.”



Hu jgħaddi ringrazzjament, “Minn qalbi nirringrazzjakom tal-awguri u, fuq kollox, tas-sostenn kontinwu tagħkom f’din il-mixja politika tiegħi; mixja li mingħajrkom żgur ma kinitx tkun possibbli. Jgħaddu kemm jgħaddu s-snin, qatt ma ninsa minn fejn bdejt: fit-toroq tar-raħal tiegħi, Birkirkara, nixxuttja xi ballun jew niġri lejn il-monti biex nixtri xi logħba tal-PlayStation. Dawk huma t-toroq li rabbewni u sawruni, u li dejjem jibqgħu parti minni.”

John itemm bil-kliem, ‘Inħares ’il quddiem lejn il-Kapitlu 37 b’fiduċja sħiħa li flimkien se nkomplu nwettqu affarijiet sbieħ u ta’ ġid għal pajjiżna. Inħallikom bl-isbaħ memorja tiegħi ta’ 36, mal-akbar żewġ maħbubin tiegħi.”

Awguri John! Nawgurawlek sena mimlija mħabba, saħħa u suċċess!



Ritratti:

Facebook / John Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI