Iż-żeffien lokali Clayton Mifsud, fuq il-mezzi soċjali tiegħu jaqsam filmat taż-żifna li għamel b’dedikazzjoni speċjali għall-għażiż missieru fl-ispettaklu ta’ Kinetic Dance Academy. Hu qasam ftit ħsibijiet, hekk kif għaddiet sena minn meta missieru għalaq għajnejh għal dejjem.
Clayton jikteb, “Sena minn mindu tliftek, Pa. Dan il-video huwa ddedikat lilek. Mingħajrek f’ħajti, ma kontx insir ir-raġel li jien illum. Grazzi talli kont persuna mill-aqwa, ħabib mill-aqwa, u missier straordinarju. Tgħallimt minni valuri sodi, u dejjem fittixt il-paċi, l-imħabba, il-ferħ u l-ġentilezza.”
Hu jżid, “Ħadt ħsieb kulħadd u dejjem poġġejt lilek innifsek fl-aħħar post. Dan hu għalik. Se nibqa’ nitlob li tkun qed tħares lejja mis-sema. Nimmissjak ħafna.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, insellmu l-memorja għażiża ta’ missieru. Kompli strieħ fil-paċi. Araw il-filmat billi tagħfsu hawn: https://www.facebook.com/reel/2572262529820568
Facebook / Clayton Mifsud