Daniel Muscat Caruana xtaq jaqsam l-esperjenza personali tiegħu ta’ meta sofra minn bullying minn persuni li pruvaw jaqtgħulu qalbu. Daniel jgħid li sentejn ilu kellu bosta dubji fuq il-passjoni u t-talent tiegħu tal-kant minħabba persuni li pruvaw jitfgħuh l’isfel.
“Sentejn ilu, ħallejt grupp ta’ nies jibbuljawni u emmint li t-talent tiegħi kien irrilevanti u ġiegħeluni nħossni inviżibbli. B’xorti tajba sibt nies tajba li għenuni nemmen fija nnifsi mill-ġdid, u b’xorti tajba tgħallimt nifhem aħjar min verament iridek tirnexxi u min le.”
Daniel jirreferi għar-ritratt li xerred, li juri l-prestazzjoni tiegħu ta’ nhar is-Sibt waqt L-Għanja tal-Poplu. “F’dan ir-ritratt tistgħu tarawni nkanta mill-qalb, u għal darb’oħra nemmen fija nnifsi.” Jirringrazzja lil dawk kollha li baqgħu miegħu sakemm reġa’ qam u emmen fih innifsu. Prosit Daniel, tassew esperjenza qarsa li minnha nistgħu nitgħallmu lkoll.