Althea Galea llum qed tiċċelebra sentejn minn meta addottat lill-għażiża Bella. Hi kitbitlha messaġġ fuq il-paġna tagħha biex tesprimi kemm tfisser għaliha.
Hi kitbet, “Sentejn ilu, irċevejt telefonata li kellek bżonn l-għajnuna flimkien maċ-ċkejknin tiegħek… mingħajr wisq ħsieb, u mingħajr ma kont naf eżatt fejn se nieħdok, ġejt nara x’kienet is-sitwazzjoni tiegħek.”
Żiedet tgħid, “Meta rajtek, ma stajtx nagħlaq għajnejja u ninjora dak li kont għaddejja minnu… għalhekk poġġejtek u lill-ġriewi tiegħek fil-karozza u tlaqna lejn id-dar. Bil-mod il-mod bdejt tidħol f’qalbi, u ddeċidejna li nadottawk, l-aqwa deċiżjoni li qatt għamilna. L-isbaħ tifla tiegħi… Bella tiegħi.”
Wisq ħelwa din il-kelba! Nawgurawlha f’din il-ġurnata speċjali!
Facebook / Althea Galea