Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alica Bugeja Said qasmet ritratt tal-għażiża bintha fuq il-mezzi soċjali tagħha ma’ messaġġ qasir biex tawguralha proprju f’għeluq sninha.
Hi tikteb, “Sentejn mimlijin imħabba u ferħ.Happy Birthday lit-tifla tagħna Margaux!” Żgur li 26 ta’ Frar jibqa’ mnaqqax f’qalbha, hekk kif f’dan il-jum hi saret omm u bdiet avventura ġdida għaliha.
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’dan il-jum għażiż. Ninsabu ċerti li se jkollha xi sorpriża ħelwa biex tiċċelebra għeluq sninha mal-familjari għeżież tagħha. Awguri Margaux!