L-attriċi Rita Camilleri, tista’ tgħid li saret wiċċ familjari mat-telespettaturi. Rajnieha f’diversi proġetti fuq it-televiżjoni u fl-aħħar skeda rajnieha fuq Sorelle, sensiela li ħa tkompli fl-istaġun li jmiss.
Sentejn ilu, l-attriċi tilfet persuna importanti ferm għaliha, ħabta u sabta waqt li kienu barra minn xtutna, ġiet nieqsa oħtha. Illum hu l-anniversarju minn dak il-jum kiefer għall-attriċi u l-familja tagħha.
Rita kitbet, “Sentejn twal ilu ħajjitna nbidlet ħesrem mingħajrek oħti s-sabiħa tiegħi, mingħajr ma rajt wiċċek sabiħ, nistenna t-telefonata tiegħek u nisima’ lilek tgħidli, hawn oħt OK? Tant nimmissjak. X’nagħti biex nerġa’ narak darba oħra. Inħobbok l-għażiża tiegħi, sakemm nerġgħu niltaqgħu.”
F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, insellmu l-memorja ta’ oħt l-attriċi Rita Camilleri.
Facebook / OwenBonnici.tv