Ser Ikollna Ċimiterju Tal-Annimali Domestiċi Sas-Sena D-Dieħla?

Jidher li fl-aħħar Malta se jkollha l-ewwel ċimiterju għall-annimali domestiċi! Dan hu ppjanat għas-sena d-dieħla ladarba jitlesta x-xogħol fuqu.

Il-MInistru għad-Drittijiet tal-Annimal Anton Refalo ħabbar dan waqt konferenza stampa. Hu qal li dan se jkun pass kbir għas-settur tad-drittijiet tal-annimali.

Iċ-ċimiterju kien ilu fil-ħsieb li jsir għal numru ta’ snin kif ħafna nies ilhom jixtiequh u jitolbu l-awtoritajiet biex dan isir. Ħafna pajjiżi Ewropej għandhom ċimiterji tal-annimali domestiċi fejn in-nies jistgħu jidfnu l-pets għeżież tagħhom.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI