Il-preżentatur Adrian J Mizzi żgur li huwa sinonimi għal ħafna mal-qasam tal-ispettaklu u l-moda; hekk kif apparti li ilu snin jippreżenta l-programm Venere, huwa involut fl-organizzazzjoni tal-Malta Fashion Week.
Adrian jitkellem ma’ TVM dwar l-20 sena ta’ Venere, programm li jesponi l-arti u l-moda lokali. Adrian isemmi li fl-aħħar programm ser jiċċelebraw il-memorji li għandhom tal-programm, b’intervisti ma’ nies li ħarġu mill-programm stess, u għad ta’ memorji sbieħ.
Jirringrazzja lil kull min kien ta’ appoġġ għal Venere. “Kull bidu fih it-tmiem tiegħu, u bħala bord tal-produzzjoni ddeċidejna li s-sena 2026 tkun it-tmiem tal-programm artistiku Venere. Mhux se tkun ħaġa faċli… fl-aħħar mill-aħħar wasal iż-żmien tiegħu.”
Adrian kiteb dwar dan, “Illejla fil-23:00, ser jixxandar l-aħħar programm ta’ Venere. F’dan il-programm ser inġeddu 20 sena ta’ memorji!”
Prosit Adrian u lill-kru kollu!
Facebook/ Venere