Pajjiżna għandu 100 sena ta’ storja fil-qasam tat-televiżjoni u fil-film. Fil-fatt, f’Malta inħadmu diversi films kbar, fosthom Gladiator u Midnight Express.
Issa, il-Malta Film Commission, flimkien mal-PBS ħabbru l-ewwel edizzjoni tal-Malta Film Awards li se ssir fi Frar tal-2022, ġewwa l-Mediterranean Conference Centre fil-Belt Valletta.
F’din is-serata ser jiġu premjati dawk li ħadmu f’din l-industrija, fejn bil-kapaċità u bit-talenti tagħhom, l-istorja tal-film f’Malta saret ta’ suċċess.
“Intkom is-suċċess. Intkom il-bażi tal-ħolm u l-ambizzjoni tagħna biex noħolqu industrija tal-film world class f’Malta.”