Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija ħabbar fuq il-midja soċjali li “Min-nhar it-Tnejn li ġej (01.02.2021), ser jibdew jitqassmu vouchers biex jinxtara ikel lil qtates li huma abbandunati. Dawn il-vouchers jistgħu jinġabru mill-uffiċċju tal-kunsill.”
“Ukoll ser tingħata nformazzjoni lil cat feeders dwar x’għandhom jagħmlu f’każ ta’ bżonnijiet mediċi u biex jingħata servizz ta’ vet b’xejn.”
Il-Kunsill kompla jgħid: “Naturalment termini u kundizzjonjiet japplikaw. Fondi huma limitati u fuq first come first served basis. Fil-jiem li ġejjin il-cat feeders irreġistrati ser jiġu kkuntattjati wkoll ndividwalment b’din l-informazzjoni u ser ikunu nfurmati bil-proċeduri kollha li għandhom jaddottaw.”
“Għall-aktar dettalji jista’ jsir kuntatt mas-Segretarju Eżekuttiv jew rapreżentant ieħor awtorizzat mill-kunsill.” Jekk taf lil xi ħadd minn Ħal Lija li jagħmel dan l-att bżonnjuż, għaddilu din l-informazzjoni!
Facebook/Malta Cats