Ser Jinqata' D-Dawl F'Parti Minn 11-il Lokalità Madwar Il-Gżejjer Maltin

B’kollox 11-il lokalità se jkunu affettwati minn qtugħ ta’ dawl ippjanat għal din il-ġimgħa li fadal.

B’xorti tajba, l-Enemalta ppubblikat lista sħiħa tal-lokalitajiet differenti kollha li għaddejjin minn dawn il-qtugħ tad-dawl sabiex kulħadd ikun jista’ jippjana bil-quddiem.

Dan ma jfissirx li kull triq fil-lokalitajiet li ġejjin se tkun affettwata mill-qtugħ tad-dawl peress li se tinqata’ biss id-dawl ta’ numru magħżul ta’ toroq.

Dawn ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni jsiru regolarment biex jiġi żgurat li l-grid nazzjonali tal-elettriku topera b’mod sigur.

L-Erbgħa, 20 ta’ Settembru:

  • Birkirkara mill-04:00 sal-11:00
  • Ħal Tarxien mis-07:00 sat-15:00
  • Mosta mit-08:30 sa 12:30
  • Qrendi mis-06:30 sas-13:00
  • Ħal-Tarxien mis-07:00 sal-23:00
  • Il-Mellieħa mis-07:00 sas-14:00

Il-Ħamis, 21 ta’ Settembru:

  • Birżebbuġa mit-08:00 sas-13:00
  • Birkirkara mis-07:30 sas-13:00

Il-Ġimgħa, 22 ta’ Settembru:

  • Ħal Qormi mis-07:00 sal-11:00
  • Rabat mit-08:00 sa 12:00
  • Ħaż-Żebbuġ mit-08:00 sa 12:00
  • Isla mis-07:00 sa 12:00
  • Mosta mit-08:30 sa 12:30

Is-Sibt, 23 ta’ Settembru:

  • San Gwann mit-08:00 sas-14:00
  • Rabat mit-08:00 sal-17:00

Idħol HAWN biex tara t-triq tiegħek hux affettwata.

Jekk tixtieq tkun aġġornat permezz ta’ SMS kull meta xogħlijiet ta’ manutenzjoni tal-Enemalta jkunu qed jaffettwaw it-triq tiegħek, ibgħat in-numru tal-karta tal-identità tiegħek lill-kumpanija fuq +356 79052492.

Dan is-servizz jaħdem biss jekk diġà għandek kont mal-Enemalta.

Enemalta/ Google Maps







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI