B’kollox s’issa tlifna 42 Malti bil-Covid-19, l-aħħar wieħed ftit sigħat ilu raġel ta’ 67 sena. Dan l-anzjan miet waqt li kien pożittiv bil-virus. Iddaħħal fit 28 ta’ Settembru fl-Isptar Mater Dei u ġie kkonfermat pożittiv fl-1 ta’ Ottubru. Sfortunatament ħalliena aktar kmieni llum.
Il-Ministeru għas-Saħħa tenna l-appell sabiex nsegwu dejjem l-miżuri; naħslu l-idejn ta’ spiss, noqogħdu l-bogħod minn xulxin u dejjem nużaw il-maskra.
Ejja nipproteġu l-anzjani tagħna!