"Sfortunatament Din Is-Sena Dan Mhux Possibbli… Minħabba Li Ksirt Sieqi" – Joanne Busuttil

L-attriċi Joanne Busuttil kif ħafna jafu hi wkoll għalliema. Il-professjoni tagħha tħobbha wisq u kienet tassew ħerqana biex fl-aħħar wara tant waqfien tirritorna lura l-iskola. Sfortunatament mhux ħa tkun tista’ tagħmel dan għalissa.

F’post fuq Facebook hi kitbet, “Illum kellu jkun wieħed mill-isbaħ ġranet ta’ ħajti … il-ġurnata li ġeneralment nagħmel countdown għaliha. Il-jum li nilqa’ t-tfal ħelwin il-ġodda tiegħi fit-tieni dar tiegħi.”

Hi kompliet tispjega, “Il-bejta tagħna … Il-klassi tagħna. Sfortunatament din is-sena, dan mhux possibbli għalija li nagħmel issa minħabba li ksirt sieqi. It-tfal tiegħi se jkunu ma’ għalliema ħelwa oħra sakemm inkun lesta mmur lura fil-post li nħobb l-iktar.”

Id-dedikazzjoni tagħha tassew toħroġ fi kliem. Dwar il-klassi hi tgħid, “Il-post li l-inkwiet kollu tiegħi ta’ kuljum jisparixxi, il-post fejn nista’ nsir tifla għal darb’oħra. Inħares ‘il quddiem biex nara lilkom il-cupcakes żgħar!”

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Joanne fejqan ta’ malajr. Kuraġġ.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI