Sfortunatament Ħalliena Mario Suda, Li Għex F’Dar Nażareth Għal 16-Il Sena

Sfortunatament ħarġet l-aħbar li Mario Suda miet fl-età ta’ 46 sena. Huwa twieled Tas-Sliema u qatta’ sittax-il sena jgħix f’Dar Nazareth fiż-Żejtun.

Dawk li kienu jafuh jiddeskrivuh bħala persuna kalma, b’qalb tajba u li kellu rispett lejn kulħadd. Minkejja n-natura kwieta tiegħu, Mario kien dejjem juri fehim u sens ta’ empatija lejn dawk ta’ madwaru.

Għalih, Dun Anġ Seychell kien figura paterna, hekk kif laqgħu taħt il-kura tiegħu meta Mario sab ruħu waħdu wara t-telfa tal-ġenituri tiegħu.

L-aħħar tislima lil Mario se tingħata nhar it-Tnejn li ġej fit-2.30 ta’ waranofsinhar fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun, segwita mid-difna fiċ-Ċimiterju ta’ San Girgor, iż-Żejtun.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u qraba ta’ Mario.







Ritratti:

TVMnews

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI