Jider li llum mistenni li jkollna każ wieħed pożittiv tal-Covid-19. Il-paġna ta’ Gerald Fenech ħabbret dan kmieni dalgħodu. Għadu mhux magħruf jekk għandniex nistennew ukoll xi fejqan fost it-13-il każ pożittiv li hawn tal-Covid-19.
Tajjeb li ngħidu li dan hu l-inqas numru ta’ każijiet pożittivi li kellna mill-bidu tal-imxija u jidher li pajjiżna miexi fit-triq it-tajba. Hemm min qed juru ftit tħassib dwar il-fatt li hemm il-possibilità li jerġgħu jiżdiedu xi ftit il-każi minħabba t-tneħħija ta’ xi miżuri u l-ftuħ tal-ajruport.
Sakemm wieħed jibqa’ jieħu ħsieb u joqgħod attent għandna nibqgħu mexjin fit-triq it-tajba. Ovvjament, irid ikun sforz kollettiv bil-mod nistgħu ngħidu li qed nadattaw ngħixu f’din in-normalità ġdida.
Facebook / Anadolu Agency