"Sfortunatament Meta Wieħed Ifieq Mill-Kanċer, Jesperjenza Problemi Soċjali." – Taqsam L-Esperjenza Tagħha Martina Fenech

Martina Fenech, it-tfajla li fil-passat qabditha l-marda kiefra tal-kanċer, xtaqet taqsam l-esperjenza tagħa mal-pubbliku dwar xi diffikultajiet li sabet ma’ wiċċha anke wara li fieqet. Martina tispjega kif, “Sfortunatament meta wieħed ifieq mill-kanċer, jesperjenza problemi soċjali.” Martina ssemmi wkoll l-isfidi li sabet biex kellha ċ-ċans li jkollha d-dar tagħha. 

“Għalkemm wieħed ikun fieq mill-kanċer, ma jkunx jista’ jieħu life insurance u għalhekk ma jkunx jista’ jixtri propjetà tiegħu.” Martina tkompli tgħid li l-ħolma tagħha li jkollha d-dritt bħal kull ċittadin ieħor li ssir sid ta’ dar, u l-marda ta’ 9 snin ilu, ma timpedihiex minn dan. 

Segwi l-messaġġ tagħha u kif sabet l-għajnuna.





Aġġornat: Martina kellha ċ-ċans ukoll li tiltaqa’ mal-Ministru Roderick Galdes li kien strumentali sabiex din l-iskema tidħol fis-seħħ. Hu kiteb, “Meta tiltaqa’ ma’ żgħażagħ bħal Martina Fenech, timtela bil-kuraġġ. Jien u Martina ddiskutejna l-iskema New Hope u kif ħa tgħin żgħażagħ bħalha jiksbu l-ħolma ta’ ħajjithom. Martina, minn qalbi nawguralek futur mill-isbaħ.”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI