“Sfortunatament Mhux Se Jkun Possibbli Nippreżenta L-Konkors Kanzunetta Indipendenza” – Louise Tedesco

Louise Tedesco, il-preżentatriċi li kienet mistennija tippreżenta l-konkors Kanzunetta Indipendenza, issa qasmet aħbar kemmxejn ħażina fuq il-midja soċjali tagħha.

Hi kitbet, “Sfortunatament, mhux se jkun possibbli nippreżenta l-Konkors Kanzunetta Indipendenza minħabba li ninsab indisposta. Kont ħerqana ħafna li naqsam magħkom din l-esperjenza. Nawgura lil sħabi preżentaturi, kantanti, u organizzaturi kull suċċess.”

Lil Louise kemm -il darba rajnieha tippreżenta l-Konkors Kanzunetta Indipendenza, apparti diversi programmi televisivi oħra iżda din is-sena jidher li mhux se tkun possibli li tippreżenta dan il-konkors.

Jiddispjaċina mmens li qed nisimgħu din l-aħbar għaliex konna ħerqanin għar-ritorn tiegħek! Nittamaw li jkollna l-okkażjoni fis-snin li ġejjin li nerġgħu narawk tippreżenta dan il-konkors!





Facebook / Louise Tedesco



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI