Hi kiefra titlef kollega, imma hija ħafna iktar kiefra li titlef żewġ kollegi fi żmien daqstant qasir. Express Trailers, ilbieraħ ħabbru li ħaddiem ieħor minn tagħhom għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Huma kitbu li George Zammit, wieħed mix-xufiera tagħhom u ambaxxaturi tagħhom fit-triq ġie nieqes.
“Sfortunatament, u fi żmien ftit jiem, Express Trailers titlef wieħed mill-ambaxxaturi tagħna li jġorru l-bandiera fit-triq – George Zammit – sewwieq internazzjonali eżemplari ieħor u parti mill-familja Oranġjo tagħna. Għal darb’oħra, tħallejna taħt xokk, hekk kif nerġgħu naħsbu dwar il-fraġilità tal-ħajja u l-uġigħ li nitilfu ieħor minna. Iż-żmien jista’ jfejjaq ftit mill-uġigħ, iżda qatt ma jħassar il-memorja tagħna. Strieħ fil-paċi George u flimkien ma’ James Mifsud, ħarsuna!”
Kondoljanzi lill-familjari, kollegi u ħbieb ta’ George f’dan il-mument diffiċli.
Facebook / Express Trailers