Il-Ministru għall-intern, Byron Camilleri, ħeġġeġ lin-nies lokali biex jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa permezz ta’ filmat fuq il-paġna tiegħu, hekk kif tħabbar Yellow Weather Warning.
Hu qal, “Bħala Ministeru tal-Intern flimkien mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħriġna l-Yellow Weather Warning. Sfortunatament mistenni jerġa’ jkollna maltemp b’riħ qawwi li jitla’ sa forza sebgħa qawwa ta’ grigalata. Allura qed nitolbu lin-nies sabiex nerġgħu nieħdu l-prekawzjonijiet kollha li hemm bżonn anke jekk mhix mistennija tkun bħal dik li kellna fl-aħħar jiem. Pero inħeġġiġkom, użaw il-112 b’mod responsabbli sabiex bħal ma kellna ‘l fuq minn seba’ mitt każ fl-aħħar jiem li stajna nirrispondu b’mod effiċjenti u nassistu fil-ħin, jeħtieġ nibqgħu nagħmlu hekk. Użaw il-112 b’mod responsabbli u anke ħudu l-prekawzjonijiet kollha sabiex, jekk Alla jrid, jerġa’ ma jweġġa’ ħadd. Grazzi.”
Nirringrazzjawh għal dan l-avviż. Nappellaw biex kulħadd jieħu ħsieb tiegħu nnifsu f’dawn il-ġranet ta’ maltemp.
Facebook / Byron Camilleri