Il-kantanta Shakira u t-tifel tagħha li għandu tmien snin, ġew attakkati minn żewġ ħnieżer selvaġġi waqt li kienu mexjin f’park ġewwa Barċellona.
Fuq Instagram, Shakira qasmet din l-esperjenza mas-segwaċi tagħha fejn tefgħet xi ritratti tal-basket tagħha mqatta’ minħabba dan l-inċident u qalet li dawn kissrulha kull ma kellha ġo fih.
Jidher li f’Barċellona kien hemm ħafna aktar każijiet fejn ġew irrappurtati attakki minn ħnieżer selvaggi, kemm fuq in-nies, kif ukoll fuq annimali oħra bħall-klieb.
View this post on Instagram