Dan il-wiċċ gustuż li jixbaħ ħafna lil Harry, it-tifel ta’ Ira u Sean jismu Kimi Matias Bugeja. Għandu 5 snin u hu sena ikbar minn Harry. Bagħtilna dawn ir-ritratti z-ziju tiegħu li hu stess qalilna bix-xebħ ta’ dan it-tifel.
Kellimna lil Ira Losco fuq Kimi u qaltilna li vera hemm xebħ f’dan ir-ritratt mat-tifel tagħha.

Kimi wkoll hu n-neputi tal-famuż Mike li kien deher f’intervista u qal li jħobb il-patata tant li baqa’ magħruf għall-frażi, “I have potato blood in my veins”. Kumbinazzjoni xahar ilu, twieldet oħt Kimi, jisimha Raquel. Tgħid la tikber ser tkun tixbaħ liċ-ċkejkna ta’ Ira u Sean?
Int x’taħseb?