L-għaqda Adopt A Sicilian Stray li ssalva b’mod regolari diversi klieb li jkunu tħallew abbandunati fit-toroq ta’ Sqallija u tħeġġeġ lin-nies, anke Maltin, sabiex jaddottawhom ħabbret li fil-ħemda ta’ matul il-lejl sabu ammont ta’ ġriewi li tħallew abbandunati meta t-temperatura kienet taħt iż-żero.
Spjegaw li s-soltu klieb li jitħallew għal ħin twil f’dan l-ambjent ftit li xejn huwa probabbli li jsalvaw u għalhekk qed jittamaw li dawn il-ġriewi, li issa qed jingħataw l-għajnuna kollha li għandhom bżonn, jirnexxielhom isalvaw b’xorti tajba.
“Jekk isalvaw inkunu nistgħu nitfgħuhom għall-addozzjoni forsi jingħataw futur isbaħ,” temmet tikteb l-għaqda Adopt A Sicilian Stray.
Facebook / Adopt A Sicilian Stray