Bħalma forsi smajtu, ilbieraħ ixxandar l-aħħar programm ta’ Sibtek għal din l-iskeda. Naturalment, kien programm speċjali, mimli spettaklu, intervisti u sorpriżi.
Imma hija diffiċli biex tħejji programm popolari bħal Sibtek? Il-preżentaturi Ryan u Josmar jgħidu li l-programm jinvolvi “ħafna xogħol iebes u ljieli bla rqad. Ma nistgħux ngħidu grazzi biżżejjed lil kulħadd u lit-tim tal-għaġeb u lill-isponsors tagħna!”
U xi jgħidu speċifikament dwar dan l-istaġun tal-programm? “Dan l-istaġun żgur kien roller coaster t’emozzjonijiet imma rnexxielna nilagħbu l-logħba sal-aħħar! Grazzi ħafna għall-għajnuna kollha tagħkom, għas-sapport morali u għall-imħabba kollha li urejtuna!”
Awguri Ryan u Josmar u prosit tal-ħidma tagħkom!
Facebook/Ryan and Josmar