“Sibtha Fit-Triq… Kultant Annimali Bħall-Ħamiem Ma Nagħtux Kashom, Imma Mhux Xorta Wġigħ Iħossu?” – Persuna Tappella

B’kitba fuq il-midja soċjali persuna spjegat kif proprju lbieraħ sabet ħamiema fit-triq muġugħa u mbeżża’ hekk kif jidher li kellha xi feriti.

“Stajt bqajt għaddejja imma m’għamiltx hekk… kultant ninjoraw annimali bħall-ħamiem imma ngħid jien dawn mhux xorta wġigħ iħossu meta jkunu mweġġgħin?” saħqet Kyra Mifsud fil-grupp ‘Rubs Puppy Love’.

Hi ċċarat li issa nstab is-sid tal-ħamiema u qed tingħata l-għajnuna tal-veterinarju.







Ritratti:

Facebook / Kyra Mifsud

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI