Il-Ministru Aaron Farrugia ħabbar li qed iniedi żewġ kampanji flimkien ma’ X Factor Malta sabiex inkomplu nieħu ħsieb l-ambjent u nibżgħu għal dak li għandna.
Hu kiteb, “B’kollaborazzjoni mal-produzzjoni ta’ X Factor Malta ħabbart kif dan se jkun l-ewwel programm kompletament bla karti. Ħabbart ukoll kif għal kull IVA, li l-judges se jkun qed jgħidu lill-applikanti, se tkun imħawla siġra. Dawn iż-żewġ inizjattivi se jservu bħala kuxjenza b’saħħitha sabiex jgħinu lil pajjiżna jilħaq il-miri ambjentali tiegħu.”
X’taħseb dwar din l-inizjattiva?