Din is-sena, sena speċjali u donnu kulħadd beda jħejji għall-Milied minn qabel! Xejn, xejn ilkoll nidħlu fl-ispirtu u nistgħu nagħmlu dan billi noħolqu atmosfera mill-isbaħ. Atmosfera kompluta li tappella għas-sensi kollha tagħna.

Qatt immaġinajt li jkollok siġra tal-Milied ħajja, siġra tal-Milied ta’ vera bħal ma naraw ħafna drabi fil-films. Dawn is-siġar jagħmlu l-atmosfera aktar speċjali minħabba li barra li jidhru tassew sbieħ jinkorporaw ukoll is-sens tax-xamm, allura kull min jidħol fid-dar mill-ewwel iħoss -ispirtu tal-Milied ħaj.
Siġar ħajjin għal żmien il-Milied tista’ ssib tixrihom minn Piscopo Gardens. Jekk qed tinkwieta kif ħa żżommha din is-siġra ta’ Piscopo Gardens ħa jigwidak u joffrulek l-għajnuna li teħtieġ. Biss biss nistgħu ngħidulek li għandhom stands apposta għal dawn is-siġar li huma siguri u bla problemi ta’ xejn.

Is-siġar għandhom jiġu mxarrba qabel ma jiġu armati dawn jitħallew iqattru sabiex jibqgħu niedja kemm jista’ jkun u anke jżommu l-labar naturali tagħhom. Fid-dar wieħed għandu jżomm f’moħħu li dawn is-siġar m’għandhomx jiġu armati eżatt ħdejn sors ta’ sħana jew inkella dehumidifier għax inella l-ħajja tagħhom ma tantx tkun twila.
Dawn it-tipi ta’ siġar ħajjin wieħed jista’ jsibhom għand Piscopo Gardens, aħna nħeġġukom li tidħlu fil-paġna tagħhom HAWN sabiex taraw aktar x’għandhom x’joffru. Taħsibx li dawn is-siġar tal-Milied biss għandhom! Anzi dawk li jżuru l-ħanut tagħhom ħa jkunu jistgħu jaraw li għandhom ħafna aktar dekorazzjonijiet.

Mhux hekk biss imma Piscopo Gardens għandu dekorazzjonijiet tal-Milied bi skont bejn 30% u 50% fil-mija sal-Milied. Ngħiduha kif inhi, min ma jħobbx isebbaħ daru b’xi ponzjetta mill-isbaħ? Qisek jekk ma jkollokx imqar ponzjetta waħda f’darek, qisek anqas biss armajt għall-Milied, barra mill-fatt li tul dawn l-aħħar snin rajna żieda fil-kuluri ta’ ponzjetti li huma għad-disponibbli għall-pubbliku.
Pjanta oħra li saret popolari tul dawn l-aħħar snin hija l-pjanta bil-holly. Pjanta mill-isbaħ li żgur tfakkarna fil-Milied! Irridu u ma rridux f’kull film u riklam li naraw, dejjem titfaċċa din il-famuża pjanta – ngħiduha kif inhi, hi tassew pjanta mill-isbaħ li ma tiddejaqx tħares lejha u tammira s-sbuħija tagħha!
