Sigrieti Intimi Għall-Familja Kollha – Titħajjar Tmur Hemm Mal-Ġenituri Jew Il-Kunjati Tiegħek?

Meta taħseb li rajt kollox, titfaċċa xi ħaġa aktar oriġinali li tħallik bla kliem! L-isem u l-faċċata ta’ dan il-ħanut ħallew lil kulħadd bla kliem! U lil dawk li ma ħallithomx bla kliem, ħalliethom bl-aptit!

Dan hu ħanut f’Birkirkara li jbigħ prodotti tal-logħob! Mhux logħob tradizzjonali ta’ li nieħdu lit-tfal fih! Iżda logħob tal-adulti! Nittama li fhimtuna! Ma fiha xejn li ħanut ta’ dan it-tip jeżisti f’Malta wkoll! Ngħiduha kif inhi, hawn ħafna nies iħobbu jkunu avventurużi wara l-erba’ ħitan tad-dar tagħhom.

Iżda fuq il-mezzi soċjali qamet diskussjoni għall-fatt li t-tag line tal-ħanut hu “għall-familja kollha.” Timmaġinak sejjer ġo xi ħanut bħal dan mal-ġenituri tiegħek, mal-kunjati jew inkella ma’ wliedek? Ngħiduha kif inhi taf tkun kemxejn sitwazzjoni imbarazzanti jew skomda. Mhux għax xi ħadd għandu jitkaża ta’… imma taf int!

Jekk tidħol f’ħanut bħal dan żgur ma tkunx trid li tieħu r-razza kollha miegħek! X’taħseb inti?

Facebook / Nigel Adie minn Expats Malta







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI