“Sinċerament Ma Kont Nara L-Ebda Skop Għala Filgħodu Nibqa’ Għaddej B’Ħajti” – The Briefcase Man

Il-personalita` lokali ‘The Briefcase Man’ li ftit tal-ġimgħat ilu żvela lilu nnifsu bħala Gabriel Tonna, fetaħ qalbu mas-segwaċi tiegħu fuq suġġett ferm profond. Hu ammetta li kien qed isibha diffiċli li jsib skop għal ħajtu, sakemm beda jagħmel dawn il-filmati.

Hu qal, “Ftit snin ilu, ma xtaqtx ngħix. Ma kontx kuntent b’ħajti u ma sibt l-ebda għan għala nibqa’ għaddej b’ħajti. Fast forward sentejn, tlieta, illum għadni kif skoprejt li ġejt innominat għal-Lovin Awards. Forsi għal ħafna din ma tfissirx ħafna imma għalija din hi l-ħolma tiegħi.”



Żied jgħid, “Kieku ma jkunux dawn il-filmati li nagħmel, sinċerament ma kont nara l-ebda skop għala filgħodu nibqa’ għaddej b’ħajti.”



Dawn il-kelmtejn joffru appoġġ lil min hu għaddej minn żminijiet diffiċli u jagħtuh il-kuraġġ biex jibqa’ għaddej, għaliex il-ħajja tista’ tinbidel minn lejl għal nhar.



Ritratti:

Facebook / The Briefcase Man

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI