Sir M.A. Refalo Sixth Form Isellmu L-Memorja Ta’ Pawlu Portelli, Missier Għalliema

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, is-Sixth Form f’Għawdex Sir M.A. Refalo sellmu l-memorja ta’ Pawlu Portelli, missier waħda mill-għalliema.

Huma qalu, “L-SMT u l-istaff kollu ta’ Sir M.A. Refalo Sixth Form jesprimu l-kondoljanzi sinċiera tagħhom lil Sa. Miriam Portelli, għalliema u Guidance Teacher fl-iskola tagħna, u lill-familja tagħha, għat-telfa tal-għażiż missierha, is-Sur Pawlu Portelli. Il-quddiesa funebri ser issir nhar il-Ħamis 9 ta’ April 2026 fil-5:00 p.m. fil-Bażilka ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, u id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu. Jistrieħ fis-sliem.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI