Sinjura li għandha t-tifla tagħha f’siġġu tar-roti turi d-diżappunt tagħha li dalgħodu ma setgħetx tgħaddi bis-siġġu tar-roti tat-tifla għax xi ħadd ipparkja b’mod illegali. Is-sinjura kitbet, “Sirt daħna dalgħodu. Saħħa li biex tgħaddi bil-wheelchair trid tevita l-boroż tal-iskart li jiżgumbraw il-bankini, imma issa anki din? Għajjejt.”
Fl-istess post ittaggjat lil Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u lil Kunsill Lokali taż-Żejtun. Hu tajjeb li jsir aktar għarfien u li dak li jkun jieħu f’konsidirazzjoni l-bżonnijiet ta’ ħaddieħor u ma jkunx egoist għall-bżonnijiet tiegħu biss. Dan hu każ wieħed! Ejjew inqajmu aktar kuxjenza biex nirrispettaw lil xulxin. Ir-regoli qegħdin hemm biex ikunu segwiti u nassiguraw li kull ċittadin ikun moqdi bl-aħjar mod possibbli.
Kunsill Lokali Żejtun