“S’Issa Għamilt 270 Figolla!” – Gwen Għal Sena Oħra Terġa’ Taħmi L-Figolli Biex Tiġbor Il-Flus Għal Puttinu

Bħalissa l-ħidma ta’ Gwen għaddejja ġmielha sabiex dis-sena għal darb’oħra taħmi mijiet ta’ figolli tal-Għid u l-flus li tiġbor permezz tal-bejgħ tagħhom tagħtihom bħala donazzjoni lil Puttinu Cares.

Hekk kif il-ħidma tagħha daħlet fit-tielet ġimgħa tagħha, hi stqarret fuq il-midja soċjali li din l-inizjattiva kull sena tieħodilha sigħat twal. Tispjega li s’issa dis-sena rnexxielha taħmi 270 figolla u ssemmi li fadlilha taħmi madwar 800 figolla sabiex tilħaq l-għan tagħha.

Bis-saħħa ta’ din l-inizjattiva l-klubb tat-tisjir ta’ Gwen jidher li se jkun l-isponsor ta’ waħda mill-kmamar fl-appartamenti l-ġodda li qed jibni Puttinu.



Prosit, Gwen!





Ritratti:

Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI