L-assoċjazzjoni għall-annimali abbandunati rringrazzjat pubblikament lill-Forzi Armati ta' Malta wara l-għajnuna li taw sitt rekluti ġodda flimkien mal-mexxej tagħhom fix-xogħol ta’ manutenzjoni fis-sezzjoni tal-iżolament tas-santwarju.
Fil-messaġġ tagħhom, l-assoċjazzjoni tas-santwarju kontinwament tħabrek biex jieħdu ħsieb ammont kbir ta’ klieb, kif ukoll ix-xogħol bla waqfien ta’ tindif u manutenzjoni.
Sitt suldati li huma rekluti ġodda mal-Forzi Armati ta' Malta, irnexxielhom jittrasformaw kompletament iż-żona tal-iżolament, b’ħidma fil-manutenzjoni.
L-organizzazzjoni temmet il-messaġġ tagħha billi rringrazzjat lir-rekluti u faħħrithom għad-dedikazzjoni tagħhom. Qasmu anke ritratti li ttieħdu waqt ix-xogħol li sar.