“Sitt Snin Mit-Telfa Ta’ Missierna David Meilak, U Kull Sena Nieħu Ħsieb Infakkar Dan Il-Jum” – David Jr Meilak

DavJr

Ilbieraħ il-kantawtur Dav.Jr għadu kemm ħareġ kanzunetta ġdida ta’ qsim il-qalb wara t-telfa ta’ persuna għażiża.

Hu kiteb dwar il-kanzunetta fejn jispjega kif wara ħafna dieqa, wasal f’punt fejn fehem li meta taċċetta t-telfa ta’ persuna, dan ma jkunx ifisser li m’għadekx tħobb lil dik il-persuna.



“Sitt snin mit-telfa ta’ missierna David Meilak, u kull sena nieħu ħsieb infakkar dan il-jum b’tali mod li nkun nista’ nissinifika l-eżistenza tiegħi!”



Jispjega kif huwa faċli li nintrabtu mal-uġigħ għax inħossuh bħala l-unika ħaġa li fadal minnhom, iżda li għandna dmir lejna nfusna li ngħixu fil-preżent.

Li ngħixu fil-mument huwa l-mod kif tassew nonoraw lil dawk li tlifna



Ritratti:

Facebook/ Dav Jr Meilak

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI