Puttinu Cares fakkru l-memorja ta’ Juan, tifel li 12-il sena nstablu kanċer, u wara sitt xhur, reġa’ tfaċċalu sfortunatament.
“Dan Juan, it-tifel tagħna. Ta’ 12-il sena instablu kanċer f’moħħu, u l-kura kellu jieħodha fl-Royal Marsden Hospital f’Sutton, l-Ingilterra. Domna 9 xhur sħaħ ngħixu fil-flats ta’ Puttinu Cares. Juan fieq u erġajna ġejna nkomplu ħajjitna f’Malta.”
Puttinu dejjem kienu wara Juan u l-familja tiegħu, u baqgħu anke wara li ħalla d-dinja.
“Kull sena nagħmlu quddiesa biex infakkru l-ħajja sabiħa li għex Juan u l-ferħ li ġabilna tul ħajtu. Nagħmlu wkoll ġabra spontanja bejn il-qraba, ħbieb u kollegi tax-xogħol, sabiex Puttinu jkun jista’ jgħin familji oħra bħalna li jkunu qed jgħaddu minn mard fil-familja.”
Din is-sena nġabru total ta’ €1,060 li ħa tkun ta’ appoġġ kbir għal Puttinu.
Facebook/ Puttinu Cares